Ħarsa ġenerali
Permezz ta’ din l-applikazzjoni l-applikant għandu l-fakultà li japplika għas-servizz li joffri d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mingħajr ma jkollu għalfejn jattendi personali għand id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Is-servizzi offruti huma: applikazzjoni għal fire engine, applikazzjoni għal-għaddasa u xufier ta’ dinghy, applikazzjoni għad-dgħajsa MV Garibaldi u applikazzjoni għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili.
Meta l-applikazzjoni tasal għand id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-applikazzjoni tiġi vvetjata għall-korrettezza u meta tiġi aċċettata mid-DPĊ, l-applikant jirċievi imejl sabiex iħallas il-kont bil-quddiem skont l-informazzjoni li jkun mela fl-applikazzjoni.
Wara li d-Dipartiment joffri s-servizz tiegħu, l-applikant jirċievi informazzjoni b’Imejl jekk għandux iħallas iżjed jew jiġi rifondut lura. Ladarba kollox jiġi ssettiljat, tingħata fattura finali lill-applikant u l-applikazzjoni tingħalaq.
X’ser tingħata
L-applikant jista' japplika online u m'għandux għalfejn jattendi fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
Eliġibbiltà
Il-pubbliku ġenerali.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata