Pubblikazzjoni ta' Tnidijiet taż-Żwieġ għall-finijiet tal-Artikolu 7(4) tal-Att dwar iż-Żwieġ - RZ2

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Tliet xhur sa sitt ġimgħat qabel iż-żwieġ, il-konjuġi jridu jiddikjaraw taħt ġurament jew b’mod solenni jaffermaw u jiffirmaw il-formoli RZ2 individwalment (żewġ formoli tal-RZ2 għandhom jiġu ppreżentati – waħda ffirmata minn kull parti) quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti li jikkonferma li m’hemm l-ebda impediment legali jew xi kawża legali oħra għax iż-żwieġ tagħhom m’għandux iseħħ. Il-Kummissarju għall-Ġuramenti irid jiffirma, jittimbra u jiddata ż-żewġ formoli RZ2. Il-formoli RZ2 jeħtieġ li jiġu sottomessi flimkien mal-formola RZ1.


Għal aktar informazzjoni agħfas hawn https://identita.gov.mt/marriage-registry/

X’ser​ tingħata

Konferma li m’hemm l-ebda raġuni sabiex iż-żwieġ ma jseħħx.

Eliġibbiltà​​

Koppji li jagħżlu li jiżżewġu jew ċivilment jew bil-Knisja.

Kif tapplika​

Jekk jogħġbok irriserva appuntament ma' wieħed mill-Uffiċjali tar-Reġistru taż-Żwieġ billi tagħfas fuq, din il-ħolqa  jew billi tibgħat email fuq pubreg.marriage.identita@gov.mt.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Provvista tas-Servizz

10 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika