Ħarsa ġenerali
Esperjenza ta' volontarjat għaż-żgħażagħ. L-għanijiet li trid tilħaq l-iskema huma li:
i) Tippromovi l-parteċipazzjoni fil-komunità bħala ċittadin attiv.
ii) Tgħolli l-livell ta' kompetenzi u ħiliet prinċipali taż-żgħażagħ, inklużi dawk b'anqas opportunitajiet.
iii) Tippromovi titjib fil-kwalità tax-xogħol volontarju taż-żgħażagħ.
iv) Tippromovi dimensjoni interkulturali b'attitudni informali.
X’ser tingħata
Appoġġ lil organizzazzjonijiet volontarji (OV) billi ż-żgħażagħ jiġu attirati lejn il-volontarjat permezz ta' proġetti barra minn Malta, li jippermettulhom ikabbru l-ħila tagħhom b'voluntiera ġodda u ideat friski.