Formola tal-Ilmenti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE)

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din il-formola għandha timtela minn persuna li għandha lment fejn tallega li hi hija vittma ta' diskriminazzjoni fuq bażi ta':
  • sess/ġeneru u responsabbiltajiet li ġġib il-familja, orjentazzjoni sesswali, età, reliġjon jew twemmin, oriġini etnika jew razzjali, u identità tal-ġeneru, espressjoni tal-ġeneru jew karatteristiċi tas-sess fl-impjieg, banek u istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll fl-edukazzjoni;

  • oriġini etnika/razzjali u l-ġeneru fl-aċċess ta’ oġġetti jew servizzi u l-provvista tagħhom; u

  • libertà ta’ moviment għall-ħaddiema fl-UE.

X’ser​ tingħata

Investigazzjoni mill-Kummissarju tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) skont ir-responsabbiltajiet tal-NCPE.

Eliġibbiltà​​

Vittmi ta' allegata diskriminazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-NCPE.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomisjoni tal-Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Xahrejn

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika