Provvista Temporanja tal-Ilma (Formola T)

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Talba għal provvista temporanja ta' ilma eż. fuq siti ta' kostruzzjoni. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jitħallsu €760. Il-provvista ma ddumx aktar minn 6 xhur imma tista' tiġi estiża.

X’ser​ tingħata

Provvista ta' ilma tax-xorb għal perjodu massimu ta' 6 xhur li jista' jiġi estiż.

Eliġibbiltà​​

Kull persuna jew entità tista' tapplika. M'hemm bżonn tal-ebda prova ta' min hu s-sid.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika