Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz jirreferi għall-ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali lil persuni self-occupied li għandhom 'il fuq minn 45 sena, qabel kienu qiegħda għal perjodu ta' 5 snin u jkunu kisbu liċenzja sabiex jaħdmu għalihom infushom skont l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ.
X’ser tingħata
Ħlas lura ta' kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
Eliġibbiltà
Persuni self-occupied li għandhom aktar minn 45 sena.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar/Valutazzjoni/Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Provvista tas-Servizz
Jumejn