Ħarsa ġenerali
Professjonisti legali mhux Maltin fi ħdan l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta jridu jirreġistraw mal-awtorità kompetenti lokali. B'dik ir-reġistrazzjoni, ikunu jistgħu jipprattikaw bis-saħħa tat-titolu professjonali ta' pajjiżhom.
X’ser tingħata
L-applikanti li japplikaw b'suċċess ikunu jistgħu legalment jipprattikaw il-professjoni legali tagħhom f'Malta bit-titolu tal-pajjiż t'oriġini tagħhom, kif jixhed iċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni maħruġ bil-firma tal-President.
Eliġibbiltà
Artikolu 1 tad-Direttiva 98/5/KE
l-iskeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja Maltija 12.17 ‘Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta’ Professjoni Legali’
Kif tapplika
L-applikant irid jipprovdi s-segwenti:
kopja taċ-ċertifikat tat-twelid;
kopja taċ-Ċertifikat jew Warrant biex jipprattika l-professjoni legali fil-pajjiż tal-Unjoni Ewropea li fih ġie rreġistrat inkluż it-titolu legali;
kopja tad-dokument ta' identità jew passaport;
kopja tal-kwalifiki;
dokument li jikkonferma li huwa rreġistrat mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku;
ċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku li turi li l-applikant huwa ta’ reputazzjoni tajba;
ċertifikat li jipprova r-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku;
ċertifikat tal-kondotta (maħruġ mhux qabel xahar mid-data tal-applikazzjoni) mill-awtorità kompetenti f'Malta jew mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domestiku kif applikabbli.
M'hemm l-ebda ħtiġijiet speċifiċi fir-rigward ta' għarfien ta' lingwi speċifiċi.
Imla l-formola online u ibgħatha.
Għal kull applikazzjoni għall-ħruġ ta’ Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni biex wieħed jipprattika l-professjoni legali kif previst fl-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki, id-Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja għandu jitlob dritt ta’ mitt euro (€100) bħala ħlas ta’ proċessar u għal spejjeż anċillari oħra relatati mal-applikazzjoni. Dan id-dritt għandu jitħallas mal-applikazzjoni u ma jkunx hemm ebda rifużjoni ta’ dan il-ħlas jekk l-applikazzjoni ma tiġix milqugħa. (Regolamenti tal-2015 dwar id-Drittijiet għall-Applikazzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki għall-Avukati, Artikolu 2)
L-awtorità nominata għandha tavża lill-applikant bid-deċiżjoni u r-raġunijiet tagħha li jkunu jimmotivaw dik id-deċiżjoni b’dan li dak li jiġi kkunsidrat ikun limitat għal verifika tal-kwalifiki li jkollu l-applikant. Għandu jkun hemm ukoll disponibbli rimedju għall-applikant kontra tali deċiżjoni quddiem il-Bord tal- Appelli dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki stabbilit taħt l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki. (Regolamenti dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Kwalifiki ta’ Professjoni Legali, Artikolu 11)
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Talba għall-informazzjoni mingħand l-applikant
20 jum
Rakkomandazzjoni tal-Applikazzjoni
20 jum
Provvista tas-Servizz
3 xhur