Ħarsa ġenerali
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSĦS) għandha proċedura sabiex tirregola il-kwalità u l-kwantità ta’ proġetti ta’ riċerka li jsiru fi ħdanha. Jintużaw formoli sabiex tinġabar dejta dwar il-proposti ta’ riċerka.
Il-Formola ta’ Talba għar-Riċerka – ‘Assignments/Coursework) hija maħsuba sabiex timtela’ minn studenti fi kwalunkwe livell li jkunu qiegħdin isegwu xi kors, u li bħala parti mill-kors tagħhom, ikunu jridu jagħmlu ‘assignment’ jew xogħol ieħor fil-kors, li għalih ikollhom bżonn jiġbru dejta (per eżempju permezz ta’ intervisti jew kwestjonarji) mingħand membri tal-istaff jew utenti tas-servizzi fi ħdan il-FSĦS.
X’ser tingħata
Ġaladarba l-Uffiċju tar-Riċerka fi ħdan il-FSĦS jirċievi il-formola flimkien ma’ dokumenti oħra relevanti, uffiċjal fi ħdan l-Uffiċju jiċċekkja jekk it-talba potenzjalment tkunx tista’ tintlaqa’. Imbagħad id-dokumenti jintbagħtu lis-Servizz/i relevanti għall-konsiderazzjoni. Jekk ikun possibli li it-talba tintlaqa’, l-applikant ikun infurmat peremezz ta’ imejl dwar il-pass li jkun imiss biex l-‘assignment’ ikun jista’ isir.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Studenti li jkollhom bżonn jagħmlu ‘assignment’ u jkunu jrid jiġbru dejta mingħand membri tal-istaff u/jew utenti tas-servizzi fi ħdan il-FSĦS bħala parti mix-xogħol fil-kors li jkunu qiegħdin isegwu.
Kif tapplika
Isem tal-Aġenzija: Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali
Indirizz: 212, Triq il-Kanun, Santa Venera SVR 9034
Website: https://fsws.gov.mt/mt/
Numru ta’ Telefon: +356 2258 8900
Imla l-formola online u ssottometti.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Applikazzjoni riċevuta
Ġurnata