Servizzi tal-iStamperija tal-Gvern

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

L-Istamperija tal-Gvern toffri servizzji varji lill-kumpaniji privati, bħal pereżempju:

i) Qabel l-istampar - Disinjar, typesetting, qari tal-provi. 

ii) Stampar - Stampar offset ta' kotba bil-linka tal-kulur jew bil-linka sewda, magazines, leaflets, business cards, kalendarji, kotba tal-irċevuti u numerazzjoni. 

iii) Wara l-istampar - saddle stitching, side stiching, spiral binding, laminazzjoni, ippakkjar individwali għall-posta, perfect binding, hard-case binding, creasing, perforation, intaljar (embossing), u hot foil printing.

X’ser​ tingħata

Servizzi skont l-ordni tiegħek.

L-ordnijiet kollha għandhom jitħallsu meta jiġu mogħtija. Servizz ta' kunsinna jista' jiġi provdut għal ħlas addizzjonali.

Eliġibbiltà​​

Kumpaniji privati.

Kif tapplika​

Ibgħat l-ordni tiegħek fuq l-applikazzjoni hawn taħt, jew b'imejl fuq: gppm.opm@gov.mt

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika