Ħarsa ġenerali
Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jesportaw skart jew jitrasbordaw skart perikoluż jew li mhux elenkat, minn Malta jew fi tranżitu minnha, jew jimpurtaw għal l-finijjiet ta' rekupru, jeħtieġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), mill-pajjiż tad-destinazzjoni u mill-pajjiżi ta' tranżitu (jekk applikabbli), qabel ma jibdew il-vjaġġi.
X’ser tingħata
Suġġett għall-approvazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-Awtorità, in-notifikatur ikun awtoriżżat li jitrasporta, jitrażmetti u jimporta skart minn/lejn/via Malta lejn faċilitajiet awtorizzati barra mill-pajjiż jew lokalment. Dan ikun suġġett għal notifikazzjoni qabel u għal kull vjaġġ.
Eliġibbiltà
Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.
Kif tapplika
Applikanti għandhom iżuru l-paġna https://era.org.mt/topic/written-notification-procedure/ u jikkuntattjaw lill-Awtorità fuq tfs.permitting@era.org.mt għal iktar informazzjoni qabel jissottomettu l-formola.