Ħarsa ġenerali
Din l-iskema tippromwovi u tqanqal investiment f’niċeċ partikolari tas-suq, l-aktar permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika. Din l-iskema se tappoġġja prinċipalment il-promozzjoni ta’ dawn in-niċeċ turistiċi tas-suq:
Snajja' u Prodotti Artiġjanali
Turiżmu ffukat fuq l-isports u l- avventuri, inkluż l-għadis
Għawdex bħala destinazzjoni għat-tiġijiet
Speċjalitajiet lokali u gastronomija
Għawdex bħala destinazzjoni għas-saħħa u l-benesseri
Ospitalita’ t’attivitajiet tal-MICE f'Għawdex (Laqgħat, Inċentivi, Konferenzi u Avvenimenti)
Turiżmu Reliġjuż
Id-Direttorat ma jeskludix niċeċ oħrajn tas-suq li mhumiex elenkati hawn fuq, dan skont il-kontribuzzjoni potenzjali tas-segment għal turiżmu kwalitattiv u sostenibbli.
Aktar informazzjoni hija disponibbli fin-Noti ta’ Gwida tal-iskema fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex billi tagħfas fuq dan il-link: ghawdex.gov.mt
X’ser tingħata
Din l-iskema tappoġġja inizjattivi ta’ kummerċ li jaqgħu taħt żewġ kategoriji: parteċipazzjoni f’fieri/avvenimenti speċjalizzati barra l-pajjiż u/jew reklamar fuq livell internazzjonali, li jkopru sa 75% tan-nefqa eliġibbli limitata għal massimu ta’ €3,000 jew €4,500 jekk jaqgħu taħt waħda jew iż-żewġ kategoriji rispettivament. L-ispejjeż tal-parteċipazzjoni f'fieri internazzjonali se jkopru sa massimu ta' persuna waħda għall-attivitajiet li ġejjin:
biljett tal-ajru tal-klassi ekonomika lejn u mill-post tal-fiera;
sal-massimu tal-ispejjeż tar-reġistrazzjoni/miżati tal-parteċipazzjoni; u
sal-massimu ta' 60% tal-ispiża tal-allowance ta’ sussistenza standard biex tkopri għall-akkomodazzjoni ta’ bed and breakfast.
L-għajnuna tingħata fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, suġġett għal-limitu massimu annwali u l-baġit totali.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
Dokumenti Meħtieġa
DOKUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU PROVDUTI MAL-APPLIKAZZJONI
Liċenzja mill-Awtorità tat-Turiżmu Malti (MTA)/Liċenzja valida tal-operat (kif applikabbli);
Ċertifikat validu tal-HACCP (Hazard Analysis and Critical Control Points) (kif applikabbli);
Deskrizzjoni tal-inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni sabiex issostni dak li qiegħed jiġi mitlub.
DOKUMENTI LI GĦANDHOM JIĠU SOTTOMESSI WARA LI JITWETTQU L-INIZJATTIVI
Kopja tar-reklamar it-tnejn ipprintjati/ midja soċjali u televiżjoni;
Kopja tal-irċevuti (inklużi irċevuti fiskali, dikjarazzjoni tat-transazzjoni bankarja bħala prova ta' ħlas) ippreżentati b'mod ċar għal kull attività. Fil-każ ta' biljetti tal-ajru, għandha tintbagħat kopja tal-biljett elettroniku tal-linja tal-ajru;
Jekk il-ħlas ma sarx bil-Ewro, hemm bżonn kopja tar-rata ta' kambju tal-istess data tal-ħlas;
Kopja de minimis State Aid Declaration iffirmata;
Rendikont qasir tal-inizjattivi, kummenti u kuntatti mwettqa u rizultati mixtieqa ottenuti.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Rikonoxximent tal-Applikazzjoni
21 jum
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
21 jum
Valutazzjoni tal-Applikazzjoni
91 jum