Żamma ta’ Isem fir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-applikazzjoni tintuża biex tapplika għaż-żamma tal-isem fir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabiltà tal-Jobsplus.

X’ser​ tingħata

Tirċievi appuntament bil-posta biex it-tabib tal-Jobsplus ikun jista’ jevalwa jekk ismek għandux jinżamm fir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabiltà.

Eliġibbiltà​​

Dan ir-Reġistru jżomm fih persuni li għalkemm ikunu kapaċi għax-xogħol, għandhom bżonn gwida u għajnuna partikolari biex isibu mpjieg addattat għalihom.

Kif tapplika​

Imla onlajn l-ewwel paġna tal-applikazzjoni, ipprintjaha u ffirmaha. Iċ-Ċertifikat mediku li jinstab fuq it-tieni pagna tal-applikazzjoni għandu jkun mimli minn tabib, iżda f’każ ta’ persuni li jbatu minn diffikultajiet ta’ saħħa mentali ċ-ċertifikat għandu jkun mimli mingħand psikjatra jew psikologu, u wara ibghatha lil:

Ms Maronia Morales
Jobsplus
Inclusive Employment Services
Head Office
Ħal Far BBG 3000

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahrejn

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika