Bidla ta' Persuna/i Responsabbli mil-Lift

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

Din il-formola ta' applikazzjoni sservi bħala dikjarazzjoni lill-MCCAA meta tkun ġiet maħtura persuna/i responsabbli ġdida mil-lift, minflok il-persuna/i responsabbli preċedenti.

X’ser​ tingħata

Il-formola tiġi evalwata mid-Direttorat għall-Affarijiet Regolatorji u jekk l-informazzjoni tkun iġġustifikata, id-Direttorat jaġġorna r-reġistru tiegħu skont dan.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola għandha timtela u tiġi ffirmata kemm mill-persuna/i li kienet responsabbli kif ukoll mill-persuna/i li hija responsabbli mil-lift.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Provvista tas-Servizz

Jumejn

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika