Ħarsa ġenerali
Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq huwa kkonċernat mas-sikurezza tal-prodotti użati min-nies. Fir-rigward ta' dan, din il-formola tippermetti li wieħed jippreżenta lment dwar is-sikurezza tal-prodotti. Dawn huma maqsuma fl-oqsma li ġejjin:
- tfal (eż. is-sigurtà tal-ġugarelli u oġġetti oħra użati mit-tfal);
- domestiċi u okkupazjonali (eż. sigurtà minn nirien fuq apparat elettroniku, sigurtà ta' għodda DIY u apparat ta' komunikazzjoni kif ukoll l-użu sigur ta' kimiċi domestiċi, sigurtà ta' lifts);
- rikreazzjoni (eż. is-sikurezza ta' magni uzati fuq inġenji ta' rikreazzjoni, apparat tal-midja u apparat li jintuża f'parks tad-divertiment);
- kura personali (eż. is-sigurtà tal-kosmetiċi u żebgħa tat-tattoos);
- l-industrija (eż. is-sikurezza tal-makkinarju, pestiċidi u logħob tan-nar).
X’ser tingħata
Il-formola tiġi evalwata mid-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq. Jekk ikun meħtieġ, l-ispetturi jattendu fuq is-sit biex jinvestigaw il-prodott/i li ġie/ġew irrapportat/i.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Provvista tas-Servizz
7 ijiem