Ħarsa ġenerali
Din hija formola ta’ applikazzjoni maħsuba għal awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li għandhom jitqiegħdu fis-suq Malti inkluż ir-rikonoxximent reċiproku, it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni eżistenti u l-użu ta’ emerġenza. F’din il-formola huwa meħtieġ li tipprovdi informazzjoni dwar il-prodott u l-applikant, awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq minn awtorità kompetenti tal-UE, identità tal-prodott, rapport/dossier ta’ reġistrazzjoni, ittra ta’ aċċess jekk applikabbli, informazzjoni dwar ingredjenti attivi u koformulanti, kompożizzjoni kimika, skedi tad-dejta tas-sikurezza, ittikkettjar u ppakkjar. L-applikant huwa meħtieġ ukoll li jehmeż kopji tad-dokumenti msemmija fil-formola tal-applikazzjoni.
X’ser tingħata
Ġaladarba l-formola tal-applikazzjoni timtela u tintbagħat lid-Direttorat tal-Affarijiet Regolatorji fi ħdan l-MCCAA, it-talba tiegħek tiġi evalwata u jekk id-dokumentazzjoni riċevuta hija korretta, l-MCCAA tipproċedi biex toħroġ awtorizzazzjoni biex il-prodott għall-ħarsien tal-pjanti jitqiegħed fuq is-suq.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
17 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
Jumejn