Ħarsa ġenerali
Taħt din l-iskema, l-applikanti jirċievu €25 fil-ġimgħa jekk jattendu tal-inqas erba’ sigħat ta’ taħriġ fil-ġimgħa għal xi wieħed mill-korsijiet organizzati minn Jobsplus. Il-pagament hu bbażat fuq it-tul tal-kors. L-applikanti huma mitluba jipprovdu dokumenti li jinkludu dettalji personali, bħal payslips u dettalji tal-kont bankarju.
X’ser tingħata
€25 fil-ġimgħa għal kull ġimgħa taħrig organizzat mill-Jobsplus li l-parteċipant ikun attenda għalih.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha u ibgħatha lil:
Jobsplus Training Complex
Average Wage Earners Scheme
Ħal Far Road
Ħal Far BBG 3000
L-applikant jista’ jagħżel li jieħu l-applikazzjoni tiegħu personalment fl-indirizz imsemmi hawn fuq. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bl-email lil training.jobsplus@gov.mt.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
20 jum