Ħarsa ġenerali
Il-Kunsill Malti għall-Arti jimmaniġja portafoll ta’ skemi ta’ fondi li jagħtu sapport għall-iżvilupp tas-settur kulturali u kreattiv.
Tistà tagħmel kuntatt mat-tim tal-brokerage fuq : fundinfo@artscouncil.mt jew ċempel fuq 23347230 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
Biex tikseb aktar informazzjoni dwar l-iskemi individwali żur is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti.
X’ser tingħata
Dan is-servizz joffri għajnuna finanzjarja għal proġetti artistiċi.
Eliġibbiltà
L-eliġibbiltà tal-iskemi individwali huma varji, aktar informazzjoni dettaljata tinsab fil-linji gwida u regalomenti ta kull skema individwali.
Kif tapplika
Biex tapplika segwi dawn il-passi:
Aqra dawn il-linji gwida u regolamenti bir-reqqa.
Iċċekkja jekk l-idea tal-proposta tiegħek tistax tiġi ttrattata minn din l-iskema.
Agħfas fuq il-link li jieħdok fis-sistema tal-applikazzjoni online.
Oħloq il-profil tiegħek mal-Kunsill Malti għall-Arti billi tagħfas fuq Irreġistra u imla d-dettalji.
Mit-taqsima tas-sejħiet miftuħa, agħżel l-applikazzjoni online tal-iskema li trid tapplika għaliha.
Segwi l-istruzzjonijiet pass wara pass. Imla l-informazzjoni meħtieġa kollha fl-applikazzjoni online, inkluż il-baġit, u ehmeż id-dokumentazzjoni ta’ sostenn.
Ibgħat l-applikazzjoni. Għandek tirċievi konferma awtomatika tas-sottomissjoni tiegħek. Jekk ma tirċievi ebda notifika awtomatika, ikkuntattjana fuq applyforfunds@artscouncil.mt.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Xahrejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
20 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 xhur