Ħarsa ġenerali
Il-programm ‘Nappartjeni’ jiffaċilita l-integrazzjoni ta’ studenti billi jipprovdi korsijiet fil-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija, kif ukoll korsijiet ta’ Orjentazzjoni Kulturali. Jekk, għal xi raġuni, parteċipanti ta’ ‘Nappartjeni’ ma lestewx il-kors b'suċċess, għandhom l-għażla li jirrepetu l-kors billi jimlew din il-formola.
X’ser tingħata
Meta jtemmu b’suċċess il-korsijiet ta ‘Nappartjeni’, l-istudenti jirċievu ċertifikat MQF Livell 1 u/jew MQF Livell 2 fis-suġġetti rilevanti.
Eliġibbiltà
Studenti li bdew kors ta ‘Nappartjeni’ imma m’għaddewx mill-assessjar jew naqsu milli jissodisfaw il-kriterji minimi ta’ attendenza.
Kif tapplika
Nixtiequ ninfurmawkom li l-programm bħalissa qed jiġi ristrutturat. B'riżultat ta' dan, bħalissa m'aħniex qed naċċettaw applikazzjonijiet għar-ripetizzjoni ta’ l-I Belong.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok ibgħathom lil ibelongcourses@gov.mt
Grazzi tal-fehim u l-paċenzja tiegħek.
Kronoloġija
Sottomessa
30 jum
VettingMT
30 jum
Kompluta
30 jum