Ħarsa ġenerali
L-għan ta’ din l-iskema huwa li tappoġġa finanzjarjament lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u lill-organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) biex iwettqu proġetti relatati mal-innovazzjoni fil-komunitajiet (b’ enfasi fuq ix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-inġinerija u l-Matematika). Proposti li jużaw approċċ li juża x-Xjenza, it-Teknoloġija, l-inġinerija, l-Arti u l-Matematika bħala punti ta’ aċċess biex jiggwidaw l-inkjesta Komunitarja, id-djalogu u l-ħsieb kritiku huma eliġibbli wkoll.
X’ser tingħata
L-għotja tista’ tkopri sa 80% tal-ispejjeż tal-proġett, sa massimu ta’ €8,000.
Eliġibbiltà
Organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u lill-organizzazzjonijiet Volontarji (VOs) b’ VO Number validu.
Il-baġits kollha kkwotati jridu jkunu realistiċi u jinkludu l-ispejjeż relattivi kollha li l-proġett se jġarrab biex jiġi implimentat bis-sħiħ. L-ispejjeż moħbija kollha għandhom jiġu esklużi.
• Il-proġett għandu jiġi finalizzat fi żmien tnax-il (12) xahar mill-iffirmar tal-ftehim.
• Project Leader irid ikun ċittadin Malti; jew ikollu permess ta’ residenza f’ Malta; jew ikollu ċertifikat ta' ċittadinanza Maltija; jew passaport Malti.
• Kull VO għandu jkun irreġistrat u konformi mal-Kummissarju għall-organizzazzjonijiet Volontarji fid-data tal-applikazzjoni, skont A.L. 372.
Kif tapplika
Ir-rapreżentant legali għandu jimla l- formula elettronika u jissottomettiha. -
• Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati u konformi; jew
• Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ irreġistrati ma' Agenzija Zghazagh; jew
• Entitajiet stabbiliti skont Canon Law
Dokumenti meħtieġa
Tliet kwotazzjonijiet għal kull oġġett li ser jinxtara għal-dan il-proġett.
Kronoloġija
Applikazzjoni Sottomessa
Applikazzjoni qeda tiġi Vvetjata
Ġurnata
Applikazzjoni Lesta
Xahar u nofs