Formola EXPRO1 (Awtorità tal-Artijiet)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 28 April 2026

Ħarsa ġenerali

L-iskop ta’ din il-formola hija sabiex tħaffef il-proċess tal-applikazzjoni għal Entitajiet tal-Gvern li jitolbu proċess ta’ esproprjazzjoni, pussess u użu, terminazzjoni, drittijiet tas-sottoswol, servitù, rilaxxi, bejgħ lura u talbiet għal esproprjazzjoni bl-ispejjeż imġarrba minn partijiet terzi (għal sidien privati).

X’ser​ tingħata

Entitajiet Governattivi li qed japplikaw għal diversi proċessi għal esproprijazzjoni ta’ art. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Entitajiet tal-Gvern li jitolbu proċess ta’ esproprjazzjoni, pussess u użu, terminazzjoni, drittijiet tas-sottoswol, servitù, rilaxxi, bejgħ lura u talbiet għall-esproprjazzjoni bl-ispejjeż imġarrba minn partijiet terzi (għal sidien privati). Individwi / entitajiet privati li jridu jitolbu esproprjazzjoni għandhom japplikaw direttament ma’ Infrastructure Malta u mhux permezz ta’ din l-applikazzjoni. 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

30 jum

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

180 jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

3 xhur

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika