Ħarsa ġenerali
Dawn iċ-ċentri huma post fejn joffru opportunitajiet lil persuni ikbar fl-età biex jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Iċ-ċentri huma ffukkati aktar fuq it-tagħlim tul il-ħajja. Huma post fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu ma’ nies tamparhom u jieħdu gost flimkien. Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet fosthom ħruġ, taħditdiet edukattivi, logħob varju u programm ta’ tagħlim tul il-ħajja u numru ta’ sessjonijiet. Iċ-ċentri mhumiex biss post fejn wieħed imur iqatta` siegħa żmien imma wkoll fejn wieħed jista’ jitgħallem u jaqsam l-abbiltajiet tiegħu mal-oħrajn.
X’ser tingħata
- L-opportunità li tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u/jew ħbieb f’atmosfera familjari fejn persuna tkun komda u tista’ tieħu sehem f’attivitajiet ta’ natura kreattiva, soċjali, fiżika jew edukattiva
- Taħditiet edukattivi dwar temi diversi, kif ukoll varjetà ta’ sessjonijiet li jinkludu eżerċizzji fiżiċi, żfin, snajja’, tagħlim dwar l-ewwel għajnuna, informazzjoni dwar l-Informatika u attivitajiet interġenerazzjonali fejn kemm l-istudenti kif ukoll l-istess anzjani jkunu mistiedna jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bejniethom
- Opportunità wkoll li tipparteċiepa f’attivitajiet fuq barra, inkluż mixjiet u ħarġiet kulturali
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuni li għandhom 60 sena `l fuq. Dawn iċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva mhumiex addattati għal persuni li għandhom livell għoli ta’ dipendenza.
- Applikazzjonijiet minn persuni oħra jiġu kkunsidrati fuq bażi individwali
Kif tapplika
Dokumentazzjoni meħtieġa:
Applikazzjoni mimlija inkluż rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-pazjent. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-rapport mediku
Is-servizz hu bi ħlas u dan isir darba fix-xahar:
Kull persuna:
| Darba f’ġimgħa | €2.33 |
| Darbtejn f’ġimgħa | €3.49 |
| 3 darbiet fil-ġimgħa | €4.66 |
| 4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa | €5.82 |
Kull koppja:
| Darba f’ġimgħa | €3.50 |
| Darbtejn f’ġimgħa | €5.82 |
| 3 darbiet fil-ġimgħa | €8.16 |
| 4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa | €10.48 |
Kull persuna (jekk tgħix f’Dar tal-Anzjani):
| Darba f’ġimgħa | €1.17 |
| Darbtejn f’ġimgħa | €2.33 |
| 3 darbiet fil-ġimgħa | €3.50 |
| 4 jew 5 darbiet fil-ġimgħa | €4.66 |
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online