Ħarsa ġenerali
L-għan tas-servizz tan-Night Shelter hu li joffri kenn għal matul il-lejl lill-anzjani li jgħixu waħedhom jew li għal raġunijiet diversi, iħossuhom insikuri f’darhom. Hawn numru ta’ night shelters kemm f’Malta u kemm f’Għawdex Dan is-servizz hu offrut mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità flimkien ma’ entitajiet oħra.
X’ser tingħata
Dan is-servizz joffri lill-anzjani ambjent sikur u protett għal matul il-lejl.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Anzjani li għandhom minn 60 sena `l fuq li preżentament qed jgħixu weħidhom u li jgħixu ħajja indipendenti jew jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kuljum.
B’referenza għall-persuni li jirrikjedu assistenza minima, dawk li jaqgħu fil-kategoriji ta’ hawn taħt huma eliġibbli:
- Persuni li qed jutilizzaw siġġu tar-roti jew li qed jutilizzaw kwalunkwe għajnuna oħra għall-assistenza fil-mixi.
- Persuni li jkollhom xi inċidenti okkażjonali f’rigward inkontinenza u li jużaw pull-ups.
- Persuni li jirrikjedu assistenza minima meta jaqtgħu l-ikel u jiftħu vażetti.
- Persuni li jirrikjedu assistenza minima fir-rigward ta’ qfil fil-buttuni, żippijiet jew bra.
- Persuni li jirrikjedu assistenza minima f’assistenza biex jagħmlu xagħarhom jew jinħaslu.
- Persuni li jeħtieġu assistenza biex jimxu 50 metru.
- Persuni li ma jkunux ibatu minn xi kundizzjoni medika (bħad-dimenzja), li tista’ tkun ta’ problema għar-residenti l-oħra li qed jużaw in-Night Shelter.
Kif tapplika
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Applikazzjoni mimlija inkluż ir-rapport mediku ffirmat mit-tabib tal-familja. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-rapport mediku
Dan is-servizz hu bi ħlas ta’ €2.00 għal kull lejl li jrid jitħallas kull xahar bil-quddiem.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Ipproċessar ta' Applikazzjoni
15 - il jum
Provvista tas-Servizz
Ġurnata