Paġna Ewlenija / Aħbarijiet / 10 inizjattivi għal Servizzi Aktar Qribek

10 inizjattivi għal Servizzi Aktar Qribek

Artiklu Cover Image

Ippubblikat nhar Il-Ġimgħa 26 Ġunju 2026

Din hija l-verżjoni bil-Malti tal-artiklu dwar l-Istrateġija ta' Servizz.gov.

10 inizjattivi għal Servizzi Aktar Qribek

 Servizz.gov nieda strateġija ġdida ta’ tliet snin, bl-għan li ttejjeb l-għoti tas-Servizz u tqarreb dejjem aktar is-servizzi governattivi lejn il-pubbliku.

L-istrateġija ‘Servizzi. Aktar Qribek’ telenka 10 inizjattivi konkreti biex tilħaq dan l-għan:

  1. Inizjattivi ta’ inklużività għal klijenti li ma jistgħux jaċċessaw is-servizzi
  2. Sit elettroniku ġdid b’esperjenza personalizzata tal-utenti
  3. L-użu kontinwu ta’ riċerka u data fl-Operat għal titjib kontinwu
  4. L-integrazzjoni tal-pjattaformi kollha bl-istess kwalità ta’ servizz
  5. Fora Strateġiċi ġodda għall-stakeholders għal aktar kollaborazzjoni
  6. Focus Groups regolari għal feedback, taħriġ u titjib kontinwu
  7. Komunikazzjoni effettiva u mmodernizzar taċ-ċentri
  8. Ippjanar strateġiku fit-tul
  9. Tisħiħ tal-Governanza u l-Kwalità 
  10. Empowerment u involviment tal-impjegati

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li b’din l-istrateġija se jkompli l-immodernizzar u titjib tas-servizzi pubbliċi. Qal li s-servizz mhux biss se jibqa’ jasal għand in-nies, iżda li s-servizz jibda jmur għand in-nies ġo djarhom. Waqt li kien qed jindirizza impjegati u stakeholders tal-aġenzija, fakkar kif meta persuna tapplika għal servizz u tinqeda, jħalli impatt pożittiv dirett fuq il-familja kollha.

 Il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizz.gov, Massimo Vella semma kif fl-aħħar 10 snin l-aġenzija ttrasformat l-għoti tas-servizzi pubbliċi, minn punt wieħed ta’ kif tinqeda għal sistema mifruxa mal-pajjiż kollu, fosthom b’ċentri fil-lokalitajiet, soluzzjonijiet varji u pjattaformi diġitali. Qal li b’din l-istrateġija ambizzjuża, Servizz.gov qed ikompli jħares ’il quddiem, u jagħmel użu mill-Intelliġenza Artifiċjali u għodod oħra ġodda biex l-għoti tas-servizz jiġi aktar personalizzat u ffukat fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

 L-istrateġija ‘Servizzi. Aktar Qribek’ tista’ tiġi aċċessata minn Hawn

Aqsam dan l-artiklu: