Paġna Ewlenija / Aħbarijiet / Imħabbra inizjattivi ġodda hekk kif Servizz.gov iniedi strateġija ġdida ta’ 3 snin

Imħabbra inizjattivi ġodda hekk kif Servizz.gov iniedi strateġija ġdida ta’ 3 snin

Artiklu Cover Image

Ippubblikat nhar It-Tlieta 23 Ġunju 2026

Imħabbra inizjattivi ġodda hekk kif Servizz.gov iniedi strateġija ġdida ta’ 3 snin

Servizz.gov nieda strateġija ġdida ta’ tliet snin, bl-għan li ttejjeb l-għoti tas-Servizz u tqarreb dejjem aktar is-servizzi governattivi lejn il-pubbliku.

L-istrateġija ‘Servizzi. Aktar Qribek’, li tista’ tiġi aċċessata minn https://tinyurl.com/yeysnx6j, telenka 10 inizjattivi konkreti biex tilħaq dan l-għan:

  1. Inizjattivi ta’ inklussività għal klijenti li ma jistgħux jaċċessaw is-servizzi
  2. Sit elettroniku ġdid b’esperjenza personalizzata tal-utenti
  3. L-użu kontinwu ta’ riċerka u data fl-operat għal titjib kontinwu
  4. L-integrazzjoni tal-pjattaformi kollha bl-istess kwalità ta’ servizz
  5. Fora strateġiċi ġodda għall-stakeholders għal aktar kollaborazzjoni
  6. Focus groups regolari għal feedback, taħriġ u titjib kontinwu
  7. Komunikazzjoni effettiva u mmodernizzar taċ-ċentri
  8. Ippjanar strateġiku fit-tul
  9. Tisħiħ tal-governanza u l-kwalità 
  10. Empowerment u involviment tal-impjegati

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li b’din l-istrateġija se jkompli l-immodernizzar u titjib tas-servizzi pubbliċi. Qal li s-servizz mhux biss se jibqa’ jasal għand in-nies, iżda li s-servizz jibda jmur għand in-nies ġo djarhom.

Waqt li kien qed jindirizza impjegati u stakeholders tal-aġenzija, fakkar kif meta persuna tapplika għal servizz u tinqeda, jħalli impatt pożittiv dirett fuq il-familja kollha.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Servizz.gov, Massimo Vella, semma kif fl-aħħar 10 snin l-aġenzija ttrasformat l-għoti tas-servizzi pubbliċi, minn punt wieħed ta’ kif tinqeda għal sistema mifruxa mal-pajjiż kollu, fosthom b’ċentri fil-lokalitajiet, soluzzjonijiet varji u pjattaformi diġitali.

Qal li b’din l-istrateġija ambizzjuża, Servizz.gov qed ikompli jħares ’il quddiem, u jagħmel użu mill-Intelliġenza Artifiċjali u għodod oħra ġodda biex l-għoti tas-servizz jiġi aktar personalizzat u ffukat fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

Aqsam dan l-artiklu: