Servizz.gov fil-PLAYCON 2026
L-Aġenzija Servizz.gov ippartecipat fil-PLAYCON 2026, li saret mid-19 sat-22 ta’ Novembru 2026 fl-MFCC, Ta’ Qali. Matul l-erbat ijiem ta’ PLAYCON, l-Aġenzija iltaqgħet wiċċ imb wiċċ ma’ studenti, familji u viżitaturi oħra f’ambjent fejn in-nies imorru biex jippruvaw logħob u teknoloġija ġodda u stednithom jiskopru aktar dwar is-servizzi pubbliċi permezz tal-logħba ta’ realtà virtwali Il-Ħajja Pass Pass.
Fl-ewwel jumejn, il-Ħamis 19 u l-Ġimgħa 20 ta’ Novembru, żaru l-istand studenti minn diversi skejjel f’Malta u Għawdex. Huma setgħu jippruvaw il-logħba u jaraw kif it-teknoloġija tal-logħob tista’ tintuża wkoll għat-tagħlim. Il-parteċipazzjoni fil-PLAYCON tagħmel parti mill-viżjoni u l-ħidma tad-Dipartiment tal-PR u l-Marketing ta’ servizz.gov biex iwassal il-messaġġ tal-Aġenzija lil udjenza usa’. Il-Ħajja Pass Pass hija waħda mill-inizjattivi li permezz tagħhom id-Dipartiment juża l-kreattività u t-teknoloġija biex jgħarraf lin-nies ta’ kull età dwar is-servizzi disponibbli u kif dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-ħajja ta’ kuljum.
Ippubblikat nhar Il-Ġimgħa 27 Novembru 2026
L-Aġenzija Servizz.gov ippartecipat fil-PLAYCON 2026, li saret mid-19 sat-22 ta’ Novembru 2026 fl-MFCC