Ħarsa ġenerali​

Entitajiet jew intraprendituri li għandhom Konċessjoni Enfitewtika kummerċjali mill-Awtorità tal-Artijiet, li se tiskadi wara l-31 ta’ Awwissu 2025, issa se jkunu jistgħu japplikaw għal estensjoni sa 65 sena.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarji jistgħu jiksbu konċessjoni enfitewtika fuq art tal-Gvern fejn tal-art/propjeta’ tista’ tintuża għall-skopijiet kummerċjali jew proġett industrijali maġġuri skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni. 

Eliġibbiltà​​

Applikant interessat fl-Estensjoni ta’ Enfitewsi Temporanja f’Kuntratt għal Binja Kummerċjali Ttrasferita mill-Gvern, l-Awtorità tal-Artijiet jew l-Entitajiet Ekkleżjastiċi permezz tar-Regolamenti dwar Titolu ta’ Enfitewsi, 2020 skont l-Avviż Legali 369 tal-2020.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika