Ħarsa ġenerali​

Din il-formola hija applikabbli f’każijiet fejn hemm konċessjoni enfitewtika jew subenfitewtika skaduta, jew konċessjoni enfitewtika jew subenfitewtika li se tiskadi il-31 ta’ Diċembru 2030 jew f’data aktar bikrija, fuq art mogħtija mill-Gvern, jew il-predeċessuri tiegħu fit-titolu.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jikseb estensjoni tal-konċessjoni enfitewtika temporanja skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Din il-formola tapplika għal persuni li huma enfitewti rikonoxxuti, jew l-eredi legali tagħhom.

Tul ta’ żmien tal-konċessjoni l-ġdida - Il-konċessjoni enfitewtika mogħtija mill-Awtorità skont dawn ir-regolamenti se tkun ta’ ħamsin (50) sena, li jibdew mid-data tal-pubblikazzjoni tal-konċessjoni enfitewtika l-ġdida.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika