Ħarsa ġenerali
Din il-formola hija maħsuba għall-Għoti ta’ Konċessjoni Enfitewtika Temporanja lill-Enfitewta, l-Inkwilin jew l-Operatur ta’ Proprjetà Kummerċjali ta’ Sjieda tal-Gvern li qed ifittxu volontarjament biex japplikaw sabiex jingħataw konċessjoni enfitewtika ġdida.
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jikseb konċessjoni enfitewtika għal propjeta’ tal-Gvern diġà mikrija lilu skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Il-proprjetajiet kummerċjali kollha li, fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, huma rikonoxxuti taħt waħda mill-kategoriji kif speċifikati fl-Avviż Legali 74 tal-2014 - Ordni tal-2014 dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp, huma eliġibbli biex jieħdu sehem f’din l-iskema.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur