Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni biex tinkiseb art agrikola tal-Gvern b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu li ma jaqbiżx il-65 sena li se tintuża għall-iskopijiet ta’ tħaffir u estrazzjoni ta’ minerali jew għal żvilupp industrijali u kummerċjali.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jikseb konċessjoni enfitewtika fuq art mogħtija bi qbiela għall-użu ta’ barriera / skavar / użu Industrijali u żvilupp kummerċjali skont il-kriterji stabbiliti fl-avviż legali.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Kwalunkwe inkwilin liċenzjat interessat li jikseb art agrikola tal-Gvern għat-tħaffir u l-estrazzjoni ta’ minerali jew għal żvilupp industrijali u kummerċjali.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika