Ħarsa ġenerali
Din l-applikazzjoni se tiffaċilita t-trasferiment lura ta’ proprjetajiet, jew parti minnhom, mogħtija lill-Entitajiet tal-Gvern u l-Kunsill Lokali kollha permezz ta’ dan li ġej:
• Soġġett għal ftehim ta’ kirja.
• Soġġett għal ftehim ta’ allokazzjoni.
• Trasferiment tad-drittijiet u l-obbligi.
• Konċessjoni enfitewtika.
• Donazzjoni.
• Avviżi Legali.
X’ser tingħata
L-Entitajiet tal-Gvern u l-Kunsill Lokali kollha jistgħu jittrasferixxu lura kwalunkwe proprjetà, jew parti minnha, mogħtija mill-Gvern ta’ Malta.
Eliġibbiltà
L-Entitajiet tal-Gvern u l-Kunsilli Lokali kollha li qed jittrasferixxu lura proprjetajiet, jew parti minnhom, li kienu mogħtija mill-Gvern skond kwalunkwe mit-titoli elenkati hawn fuq.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur