Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni biex jintalab rikonoxximent fuq Art Agrikola tal-Gvern b’titolu ta’ kiri ta’ raba’ skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 573.06.

​X’ser​ tingħata

Benefiċjarju jista’ jikseb rikonoxximent / trasferiment fuq kirja agrikola skont l-eliġibilta’ tar-rikjesti skont il-kriterji stabbiliti fl-applikazzjoni.  Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.

Eliġibbiltà​​

Applikanti li japplikaw għat-tipi ta’ talbiet ta’ hawn taħt relatati ma’ Art Agrikola tal-Gvern:

(A) It-trasferiment u l-assenjazzjoni ta’ drittijiet bejn Membri tal-Familja.
(B) Art Mogħtija Lura lill-Awtorità.
(C) It-trasferiment u l-assenjazzjoni ta’ drittijiet, jew partijiet minnhom, lil bidwi terz full time jew part time (full-time jew part-time) – Mhux Membri tal-Familja.
(D) It-trasferiment u l-assenjazzjoni ta’ drittijiet wara l-mewt tal-inkwilin – Membri tal-Familja.
(E) It-trasferiment u l-assenjazzjoni ta’ drittijiet wara l-mewt tal-inkwilin –- Mhux Membri tal-Familja.
(F) Diviżjoni tal-Art Agrikola.
(G) Talba minn Student Iċċertifikat tal-Istudji Agrikoli.
 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa mis-sit tal-Lands Authority.

applika