Ħarsa ġenerali​

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tirrgola l-impatt ambjentali tal-entrapriżi li joperaw pompi tal-petrol, mitlub mir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Emissjonijiet ta' Komposti Organiċi Volartili - KOV (Ħażna u distribuzzjoni ta' petrol mit-terminals lejn stazzjojnijet ta' servizz) - L.S. 549.52, u r-Regolamenti dwar il-Permessi Ambjentali (Proċedura tal-Applikazzjonijiet u d-Deċiżjoni tagħhom) - L.S. 549.172. Għaldaqstant, dawn il-faċilitajiet jirrikjedu permess ambjentali mill-ERA bħala l-awtorità kompetenti għal dawn ir-Regolamenti.

​X’ser​ tingħata

L-operat fuq is-sit tal-pompa tal-petrol jiġu mogħtija permess sabiex is-sit ikun konformi mal-liġijiet ambjentali applikabbli, u għaldaqstant l-impatt fuq l-ambjent jiġi llimitat u kkontrollat.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali li joperaw siti ta' pompi tal-petrol f' Malta jew Għawdex.

Kif tapplika​

Imla l-formola digitali billi tghazel Attivita 1.34 u ohrajn skond japplikawx, u ssottometti.

 

Qabel tissottometti, inti ġentilment mitlub taċċerta li hemiżt id-dokumentazzjoni kollha rikjesta u li d-dikjarazzjoni ffirmata mill applikant (l-individwu jew ir-rappreżentant legali tal-kumpanija).

applika