Ħarsa ġenerali​

Individwi jew kumpaniji li jnaddfu bwieq ta' dgħajjes fl-ibħra Maltin, għandhom ikunu rreġistrati mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, l-individwu jew kumpanija tiġi rreġistrata mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għal sena, sabiex tnaddaf bwieq jew skrejjen ta' dgħajjes. L-ERA trid tkun notifikata għal kull operazzjoni ta' tindif.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika