Ħarsa ġenerali​

L-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) tirregola l-impatti ambjentali tal-intrapriżi ta' daqs zgħir u medju. Għaldaqstant kumplessi industrijali jirrikjedu reġistrazzjoni tal-operat mingħand l-ERA bħala r-regolatur.

X’se tingħata

L-operazzjonijiet fuq is-sit jiġu mgħotija permess sabiex is-sit ikun konformi mal-liġijiet ambjentali applikabbli u għaldaqstant l-impatt fuq l-ambjent jiġi llimitat u kkontrollat.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji li joperaw ġewwa Malta.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika