L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jakkomoda persuni ta’ 60 sena ’l fuq u dawk li għandhom karta ta’ diżabilità.
Dawn il-persuni jistgħu jagħmlu appuntament billi jċemplu fuq 1718, u l-uffiċjali tagħna se jiġbru il-fliexken tal-plastik, tal-ħġieġ u l-laned direttament mid-dar tagħhom.
Il-klijent se jibbenefika minn servizz maħsub biex jiffaċilita l-ħajja ta’ kuljum talanzjani u dawk li għandhom karta ta’ diżabilità.
Dan is-servizz jinkludi ġbir ta’ fliexken mid-dar, u l-klijent jirċievi r-riċevuta immedjatament wara li jinġabru l-fliexken.
Għal din l-iskema jistgħu japplikaw persuni ta’ 60 sena ’l fuq u persuni li għandhom Disability Card.
Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 1718 u ssegwi l-istruzzjonijiet mogħtija fuq it-telefown, jew inkella billi tibgħat email fuq [email protected].
Dokumenti Meħtieġa: Il-klijent irid jippreżenta prova tal-karta tal-identità jew karta ta’ diżabilità, sabiex irrappreżentant tagħna jkun jista’ jivverifika jekk il-klijent huwiex eliġibbli għal dan isservizz.
Wara li l-klijent iċempel fuq 1718 jew jibgħat email fuq [email protected], jingħata appuntament immedjat dwar meta se jinġabru l-fliexken tiegħu.
Il-ġbir isir skont skeda ta’ żewġ ġimgħat, fejn kull lokalità tiġi miżjura kull ġimagħtejn. Hawn taħt hawn il-lokalitajiet u l-ġranet rispettivi tagħhom:
Ġimgħa 1
It-Tnejn - Safi / Zurrieq / Zebbug
It-Tlieta - Paola / Santa Lucija / Tarxien / Fgura / Rabat (Gozo) / Zebbug (Gozo) / Kercem (Gozo) / Ghasri (Gozo)
L-Erbgħa - Hamrun / Qormi
Il-Ħamis - Attard / Lija / Balzan / Naxxar / Iklin / Ghargur
Il-Ġimgħa - Zabbar / Zejtun / Xaghra (Gozo) / San Lawrenz (Gozo) / Fontana (Gozo)
Is-Sibt - Sliema / San Giljan / Marsaskala
Il-Ħadd - Floriana / Valletta / Gwardamangia / Pieta / Swieqi / Pembroke
Ġimgħa 2
It-Tnejn - Marsa / Santa Venera / Birkirkara / Msida
It-Tlieta - Ta’ Xbiex / Gzira / Bormla / Kalkara / Nadur (Gozo) / Qala (Gozo) / Xewkija (Gozo)
L-Erbgħa - Ħamrun
Il-Ħamis - Ghaxaq / Gudja / Hal Farrug / Luqa / San Gwann
Il-Ġimgħa - Birzebbuga / Marsaxlokk / Ghansielem (Gozo) / Gharb (Gozo) / Sannat (Gozo) / Munxar (Gozo)
Is-Sibt - Birgu / Isla / Rabat (Malta) / Mdina / Mtarfa / Dingli
Il-Ħadd - Mgarr / Mosta / San Pawl il-Bahar / Mellieha
Il-vannijiet tagħna jżuru kull lokalità kull ġimagħtejn, skont din ir-rotta ta’ ġimgħa 1 u ġimgħa 2.