Ħarsa ġenerali​

Jekk vettura tintuża sabiex jinġarr kwalunkwe tip ta' skart, din teħtieġ li tkun irreġistrata mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Dan ma japplikax għal persuni li jġorru skart iġġenerat mid-dar privata tagħhom.

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-vettura tiġi rreġistrata sabiex tkun tista' ġġor skart għal perjodu ta' sena, u tingħata aċċess fis-siti tal-immaniġġjar tal-iskart.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika