Ħarsa ġenerali​

Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jesportaw skart, jew jimportaw għall-finijiet ta' rekupru, jeħtieġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), mill-pajjiż tad-destinazzjoni u mill-pajjiżi ta' tranżitu (jekk applikabbli), qabel ma jibdew il-vjaġġi.

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-kumpanija jew l-individwu jingħata permess għall-esportazzjoni jew importazzjoni. Dan ikun suġġett għal notifikazzjoni ta' kull vjaġġ.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Ipprintja, imla l-formola, u ehmeż magħha l-informazzjoni addizzjonali mitluba. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lil:

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi
Hexagon House
Telgħet Spencer
Il-Marsa MRS 1441

Struzzjonijiet addizzjonali jingħataw hekk kif l-Awtorità tirċievi l-applikazzjoni.
applika