Ħarsa ġenerali​

Individwi jew kumpaniji li jixtiequ jitrasferixxu skart perikoluż, jew skart ieħor li huwa meqjus neċessarju li jkun kopert b'din l-istess proċedura f'Malta, jeħtieġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), qabel ma jibdew l-proċess ta' trasferiment.

X’se tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-kumpanija jew l-individwu jingħata permess għat-trasferiment tal-iskart. Dan ikun suġġett għal notifikazzjoni għal kull darba li jsir it-trasferiment permezz tal-użu tas-sistema ta' Nota ta' Konsenja.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.
applika