Ħarsa ġenerali​

Kull min hu eliġibbli li jirċievi għajnuna finanzjarja mill-UE skont il-Politika Komuni tal-UE jirċievi l-ħlas relevanti direttament fil-kont tal-bank tiegħu/tagħha. Ma hu permess l-ebda mezz ta' ħlas ieħor. Għalhekk, meta wieħed jibgħat applikazzjoni għal fondi bħal dawn mill-UE, hu/hi għandhom jibagħtu wkoll dettalji tal-bank.

X’se tingħata

Wara li l-applikant ikun bagħat l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall-għajnuna finanzjarja, u t-talba tkun ikkonfermata li tkun eliġibbli għall-finanzjament mill-UE skont il-Politika Agrikola Komuni, l-applikant jirċievi ħlas fil-kont tal-bank tiegħu li jkun fuq il-Formola ta' Identifikazzjoni Finanzjarja.

Eliġibbiltà​​

Tista' tintuża mill-applikanti li l-kont tal-bank tagħhom qiegħed miftuħ ma' istituzzjoni finanzjarja mhux Maltija. L-applikanti għandhom jagħtu d-dettalji tal-kont tal-bank li hu miftuħ f'isimhom. Kontijiet konġunti huma aċċettati biss fil-każ ta' koppji miżżewġa jew koppji li jkunu daħlu f'unjoni ċivili.

Kif tapplika​

Imla u pprintja l-formola u ibgħatha lil:

Front Office tal-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali
Il-Pitkalija
Ta' Qali

jew fl-Uffiċċju tal-Aġenzija fi:

Triq l-Imġarr
Ix-Xewkija, Għawdex

Jew b'imejl fuq: [email protected]

applika