Ħarsa ġenerali
L-applikazzjoni sservi biex tikkonferma n-natura ta’ razez jew varjetajiet tradizzjonali soġġetti għall-AECM 6.
X’ser tingħata
Dokument li jiddikjara li r-razza jew il-varjetà tradizzjonali tiegħek hija kkunsidrata ta’ oriġini Maltija mill-Gvern ta’ Malta. Dan iservi ta’ xhieda li għandha tiġi sottomessa b'mod komplementari għall-applikazzjonijiet ta’ finanzjament AECM.
Eliġibbiltà
Int eliġibbli biex tirċievi ċertifikazzjoni jekk għandek il-ħila tipprovdi evidenza li int sid ta’ individwi ta’ pjanti jew annimali awtoktoni Maltin, jiġifieri Tiġieġ Suwed ta’ Malti, Gendus Malti, Siġar tal-Ħarrub, Siġar taċ-Ċawsli.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħata.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata