Ħarsa ġenerali​

L-iskema tar-Roof Insulation (retrofitting) u Ħġieġ Doppju (retrofitting) hija amministrata mir- Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi l-użu ta’ sistemi li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fis-settur domestiku. Din l-iskema hija ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għal użu fil-propjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.

X’se tingħata

Perċentwali ta’ għajnuna u massimu fuq retrofitted Double Glazing: 50% tat-total tal-infiq eliġibbli, inkluż il-VAT sa massimu ta’ 1000 Ewro.
Perċentwali ta’ għajnuna u massimu fuq retrofitted Roof Insulation: 50% tat-total tal-infiq eliġibbli, inkluż il-VAT sa massimu ta’ 1000 Ewro.

Eliġibbiltà​​

Sabiex ikun eliġibbli, l-applikant irid:
- ikollu permess tal-ippjanar (fejn meħtieġ) għall-installazzjoni. Il-bini għandu jkun kopert minn permess tal-ippjanar;
- irid ikun is-sid tal-proprjetà ħielsa JEW is-sid ta’ interess ta’ kera fit-tul tal-proprjetà (ċjoè perjodu ta’ kirja li jeċċedi iktar mill-perjodu ta’ 5 snin li fadal) bil-kunsensi kollha neċessarji mingħand is-sid tal-proprjetà. Jekk l-applikant ikun sid konġunt tal-proprjetà, l-applikant hu intitolat li japplika għal għotja
għan-nom tas sidien konġunti l-oħra sakemm dawn ikunu qablu li l-applikant jagħmel dan u sakemm ikun konformi kif meħtieġ ma’ dawn it-termini u l-kundizzjonijiet kollha. Il-proprjetà trid tkun użata prinċipalment mill-applikant jew mill-familja tal-applikant għall-iskop tar-residenza privata tiegħu stess. L-applikant mhux intitolat jirċievi għotja jekk il-proprjetà hi użata prinċipalment għal skopijiet ta’ negozju, inkluż il-kiri tal-proprjetà fuq bażi kummerċjali (anke jekk il-kerrej se juża
l-proprjetà għal skop residenzjali);
- irid ikun residenti ta’ Malta u għandu Karta tal-Identità skont l-Att tal-Karta tal-Identità jew permess ta’ residenza;
- ma jistax jikseb għotjiet jew sussidji oħra għal din is-sistema jew minn kwalunkwe skema oħra li tinkludi fondi nazzjonali jew pubbliċi bħal fondi tal-Gvern ta’ Malta jew fondi tal-UE;
- tinstalla s-sistema f’bini residenzjali li mhux użat mill-applikant biex iwettaq attività ekonomika jew bħala intrapriża;
- m’għandux ikun qed japplika għan-nom ta’ intrapriża u m’għandux ikun sid il-kera tal-proprjetà fejn hi installata s-sistema;
- jipprovdi lir-REWS dettalji ta’ kont bankarju sabiex l-ammont tal-għotja jkun jista’ jiġi trasferit direttament fil-kont tal-applikant;
- jippermetti Awdituri tar-REWS, jagħmlu spezzjoni fuq il-post tal-materjal fejn ġie installat u jiffaċilitaw dawn l-ispezzjonijiet;
- jaċċetta li isem l-applikant flimkien mal-ammont ta’ għotja eliġibbli jistgħu jidhru fuq dokumenti pubbliċi. Membri oħra tal-istess dar li diġà bbenefikaw minn, jew li għandhom offerta ta’ għotja miftuħa taħt skema simili ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju, mhumiex eliġibbli biex japplikaw għal għotja. Membri oħra tal-istess dar ma jistgħux japplikaw għal għotja fir-rigward tal-istess teknoloġija (i.e. roof insulation u/jew ħġieġ doppju).

Kif tapplika​

L-applikazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A, li se tkun accessibli fuq il-websajt tar-Regolatur meta tiftaħ liskema, għandha timtela’ onlajn qabel ix-xiri tal-materjal ta’ Roof Insulation u Ħġieġ Doppju. L-applikanti huma wkoll meħtieġa li jistennew l-ittra ta’ konferma tal-fondi maħruġa minn REWS, li tindika li l-applikazzjoni tagħhom ġiet aċċettata qabel ix-xiri u l-installazzjoni tal-materjal.
Parti B tal-applikazzjoni għandha timtela’ onlajn sa mhux aktar tard mid-data pprovduta fl-ittra ta’ konferma tal-fondi maħruġa minn REWS. L-Applikazzjoni ffirmata mill-applikant u l-installatur/perit, flimkien mal-irċevuta fiskali originali għandhom jiġu ssottomessi lir-REWS.
 
Dokumenti meħtieġa
 
  • Kopja tal-Karta tal-Identità jew id-Dokument ta’ Residenza talapplikant;
  • Kopja tal-kont tad-Dawl u l-Ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. firrigward tal-post fejn ser isir il-proġett f’isem l-applikant;
  • Kopja tal-kuntratt tal-kiri tal-proprjetà fejn il-materjal ġie installat (jekk applikabbli);
  • Irċevuti oriġinali fiskali;
  • Kopja tal-fattura/i;
  • Ritratti li juru l-materjal/l-aperturi preċedenti u ritratti li juru lmaterjal / l-aperturi ġodda;
  • Kopja tal-permess tal-PA (fejn rikjest);
  • Kopja ta’ ħames (5) snin garanzija;
  • Ċertifikat ta’ tlestija maħruġ mill-perit jew l-installatur;
  • Formola tal-applikazzjoni ffirmata
applika