Ħarsa ġenerali
L-iskema hija maħsuba biex tgħin lill- Għaqdiet Volontarji li jixtiequ jnaqqsu l-konsum ġenerali tal-enerġija u l-ilma tagħhom billi tipprovdilhom għotja fiskali.
X’ser tingħata
Permezz ta’ din l-iskema, Għaqdiet Volontarji eliġibbli se jirċievu għotja biex tgħin tkopri 90% tal-ispejjeż ta’ intervent eliġibbli sa massimu ta’ 27,000 ewro (inkluża l-VAT).
Eliġibbiltà
Għaqdiet Volontarji rreġistrati u konformi bis-sħiħ mal-Kummissarju għall- Għaqdiet Volontarji huma eliġibbli biex japplikaw għal din l-iskema.
Dokumenti Meħtieġa
Meta japplikaw għal din l-iskema, l-applikanti eliġibbli jridu jipprovdu:
Il-Formola tal-Applikazzjoni
Ir-Rapport Tekniku li jelenka l-interventi kollha proposti fil-bini rispettiv
Kwotazzjonijiet tal-interventi proposti
Kontijiet tal-Utilità tal-bini inkwistjoni
Id-Dikjarazzjoni tal-Użu għall-bini inkwistjoni
Kopja ta' karta tal-identità valida tar-rappreżentant tal-organizzazzjoni (minn quddiem u minn wara)
Kif tapplika
Applikant interessat jista' japplika għal din l-iskema permezz tal-portal online li jista' jinstab fuq www.energywateragency.gov.mt ladarba l-perjodu tal-applikazzjoni jkun attiv.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
150 jum
Iffirmar tal-Ftehim tal-Għotja u Implimentazzjoni tal-Proġett
180 jum
Iċċekkjar tat-Talba Finali
70 jum