Overview
Permezz tal-iskema ta' Servizz ta' Kwalità Garantit, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tieħu impen li tipprovdi servizz kontinwu lill-klijenti tagħha. F'kaz ta' qtugħ tas-servizz, il-Korporazzjoni tikkommetti ruħha li tagħti lura s-servizz fi żmien 48 siegħa f'każ ta' manutenzjoni u fi żmien 72 siegħa f' każ ta' ħsarat mhux previżti.
What You'll Get
Fl-eventwalità li dan il-ftehim ma jiġix onorat, il-Korporazzjoni toffri servizz alternattiv ta' ilma lil min jitlobha. Jekk dan ma jingħatax u l-konsumatur jimla u jibghat l-applikazzjoni tal-GSS, il-Korporazzjoni tagħti kumpens f’forma ta' kreditu fil-kont. Dan huwa suġġett għall-termini u kundizzjonijiet imfassla fl-iskema.
Eligibility
Konsumaturi affetwati minn qtugh tal-provvista tal-ilma kif spjegat fl-iskema.
Application Requirements
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Għandek tirreġistra bl-eID mill-portal tal-WSC Live jekk mhux diġà rreġistrat. Attiva l-kont tiegħek billi taċċessa l-imejl li jkun intbagħatlek mill-WSC Live.
applika