Ħarsa ġenerali​

Din l-applikazzjoni hija għall-intrapriżi ta' daqs żgħir jew medju, biex japplikaw għall-iskema għal Verifika tal-Enerġija mmexxija taħt id-direzzjonijiet speċifiċi mogħtija fin-Notifikazzjoni tal-Gvern 19974.

Il-Promozzjoni ta' Verfiki għal Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju hija maqsuma f'żewġ taqsimiet: Skema A u Skema B. L-iSkema A hija eliġibbli għal dawk l-intrapriżi li huma elenkati taħt ir-Regolament De Minimis, filwaqt li l-iSkema B qiegħda għal dawk l-intrapriżi li huma eliġibbli taħt ir-Regolament ta' Eżenzjoni Ġenerali Sħiha (General Block Exemption Regulation).

X’se tingħata

Rifuzzjoni tal-ħlas ta' energy audit sa massimu ta' €5000.

Eliġibbiltà​​

Intrapriżi żgħar u/jew ta' daqs medju kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (2003/361/EC).

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Din l-iskema se tagħlaq fl-aħħar ta' Diċembru 2019.