Ħarsa ġenerali​

Reġistrazzjoni ta' bidla fin-numru ta' persuni li joqogħdu fil-post. Dawn il-persuni jirċievu sussidju fil-forma ta' eco-reduction fuq il-kontijiet tagħhom tal-elettriku. L-awtoritajiet għandhom jiġu mgħarrfa kull darba li jkun hemm bidla fin-numru ta' persuni hekk li l-kontijiet wara d-data ta' meta tkun intbagħtet l-applikazzjoni jirriflettu n-numru korrett tal-persuni.

X’se tingħata

Il-post domestiku abitat għandu tariffi aktar baxxi u jgawdi wkoll minn eco-reduction li tiddependi fuq in-numru ta' persuni rreġistrati. Persuna tista' tkun irreġistrata biss f'post wieħed. L-eco-reduction hija koperta b'25% tal-konsum li jiddependi mill-konsum fis-sena li jitkejjel prorata kull persuna.

Eliġibbiltà​​

Persuna tista' tirreġistra biex tirċievi sussidju fuq kont wieħed biss. Ikun hemm bżonn tal-karti tal-identià validi jew dokumenti ta' residenza sabiex tiġi identifikata l-persuna li qed tkun irreġistrata. M'hemmx limitu tal-età għal din l-applikazzjoni.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika