Ħarsa ġenerali​

Detenturi tal-kont li jinstallaw tagħmir fotovoltajku jew li diġà għandhom installazzjoni fotovoltajka u għandhom bżonn li jbiddlu l-parametri tal-installazzjoni, prinċipalment billi jżidu aktar pannelli. Enemalta plc għandha tkun infurmata permezz ta' din l-applikazzjoni qabel ma installazzjoni bħal din tibda titħaddem.

X’se tingħata

Il-klijent jibbenefika mill-Feed-In Tariffs kif awtorizzati u mqiegħda mir-Regulatur tas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma. Il-klijent jirċievi kont kull 6 xhur ibbażat fuq ir-readings attwali biss, u eventwalment kont attwali kull xahrejn ladarba l-lokalità tinbidel għal waħda ta' kontijiet awtomatiċi bl-ismart meter . Il-flus tal-kontijiet fuq il-Feed-In-Tariff scheme jingħataw lura fuq ir-readings attwali biss. Il-klijent ikollu wkoll il-faċilità ta' rifużjoni awtomatika lill-bank tal-għażla tiegħu jekk il-kreditu jkun favuru, bil-kreditu joriġina mill-Feed-In Tariff .

Eliġibbiltà​​

Id-detenturi kollha ta' kont li għandhom tagħmir fotovoltajku installat fuq il-post u li għandhom l-approvazzjoni meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika