Ħarsa ġenerali​

Enemalta plc trid tkun mgħarrfa permezz ta' din l-applikazzjoni qabel ma l-applikant jikkonnettja turbina żgħira tar-riħ mal-grid.

X’se tingħata

Il-klijent jibbenefika mill-Feed-In Tariffs (FIT) kif awtorizzati u mqiegħda mir-Regulatur tas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma. Il-klijent jirċievi kont kull 6 xhur ibbażat fuq ir-readings attwali biss, u eventwalment kont attwali kull xahrejn ladarba l-lokalità tinbidel għal waħda ta' kontijiet awtomatiċi bl-ismart meter. Il-flus tal-kontijiet fuq il-Feed-In-Tariff scheme jingħataw lura fuq ir-readings attwali biss.

Il-klijent ikollu wkoll il-faċilità ta' rifużjoni awtomatika fil-bank tal-għażla tiegħu jekk il-kreditu jkun favuru, bil-kreditu joriġina mill-Feed-In Tariff .

Eliġibbiltà​​

Id-detenturi kollha li għandhom turbina żgħira tar-riħ installata fuq il-post u li għandhom l-approvazzjoni meħtieġa mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika