Ħarsa ġenerali​

Bdil u ttestjar tal-preċiżjoni tal-arloġġ tal-elettriku. Għandha tingħata raġuni għal din it-talba fuq il-formola tal-applikazzjoni. Jekk l-arloġġ jinsab li jkun qed jirreġistra b'mod skorrett, il-konsumatur ikun intitolat għal reviżjoni tal-kontijiet tal-elettriku li jmorru lura sa massimu ta' 5 snin. L-applikant jista' jagħżel li jara t-testing tal-arloġġ. Isir ħlas ta' €70 li jingħata lura jekk wara li jsir it-test, il-meter jinstab li jkun barra mil-limitu ta' kemm jiflaħ bi ±2.5%.

X’se tingħata

Jekk il-meter jinstab li jkun qed jirreġistra b'mod skorrett, il-klijent huwa intitolat għal reviżjoni tal-kontijiet tal-elettriku li jmorru lura għal 5 snin. L-applikant jista' jagħżel li jkun preżenti waqt l-ittestjar tal-meter.

Eliġibbiltà​​

Il-persuna li tapplika għat-test tal-arloġġ tal-elettriku għandha tkun id-detentur tal-kont.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
applika