Ħarsa ġenerali
Bħala parti mill-isforz kontinwu tagħha biex tappoġġa enerġija nadifa, l-Enemalta plc tagħti xi ħlas lura fuq ix-xiri ta' water heater li jaħdem bix-xemx.
X’ser tingħata
L-applikant jibbenefika minn rifużjoni fuq l-ispiża kapitali li tintnefaq fuq ix-xiri ta' water heater li jaħdem bix-xemx.
Eliġibbiltà
Id-detenturi kollha ta' kont jistgħu japplikaw għal ħlas lura, ladarba l-applikazzjoni tintbagħat fi żmien 3 xhur mid-data tal-provvista tal-elettriku għal post. Din l-applikazzjoni tista' tintbagħat flimkien mal-applikazzjoni għall-provvista tal-elettriku.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.