Ħarsa ġenerali
Talba għal provvista temporanja ta' ilma eż. fuq siti ta' kostruzzjoni. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jitħallsu €760. Il-provvista ma ddumx aktar minn 6 xhur imma tista' tiġi estiża.
X’ser tingħata
Provvista ta' ilma tax-xorb għal perjodu massimu ta' 6 xhur li jista' jiġi estiż.
Eliġibbiltà
Kull persuna jew entità tista' tapplika. M'hemm bżonn tal-ebda prova ta' min hu s-sid.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.